English

John A. Bonello

Fil-mergħat tal-letteratura

Kotba Ġodda

Issibhom fuq Amazon

Serafin Books

Kotba ġodda

Agħti titwila l-kotba ġodda tiegħi.

The Taár, novella post-apokalittika għall-addoloxxenti u adulti.

The Manduca Case storja investigattiva għal tfal minn 8 snin 'il fuq.

The Manduca Case

The Manduca Case

L-ewwel ktieb tal-Investigatur Virtwali issa bl-Ingliż. Irvin Vella jipprova jiskopri x'qed jiġri ġewwa Villa Manduca. Tassew hemm il-ħares jew kollox messa in xena biex jitkeċċew is-sidien anzjani?

Ixtri l-eBook

Irvin Vella

Investigatur Virtwali

Illustrazzjoni

Illustrazzjoni ta' Lisa Falzon

Il-Barunessi Domenica u Rita Manduca


L-illustrazzjonijiet tas-serje Irvin Vella ppubblikata minn Merlin Publishers huma xogħol Lisa Falzon.

L-illustrazzjoni tal-verżjoni bl-Ingliż se jagħmilhom l-artist Spanjol José Domingo

Il-Każ Manduca

Il-Każ Manduca (Irvin Vella, #01)

Fil-villa tal-Barunessi Manduca qed jiġru bċejjeċ strambi. Bniedem wieħed biss jista' jsolvi l-misteru. X'aktarx, jismu Irvin Vella.

Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb kategorija kotba għat-tfal (etajiet 8-12)

Pubblikatur: Merlin 2015

Prezz: €7.50

Il-Każ tas-Serqiet Strambi

Il-Każ tas-Serqiet Strambi(Irvin Vella, #02)

Żmien il-Milied. L-aħbarijiet iddominati minn għadd ta' serqiet li fihom ma nsteraq xejn. Taħbila irreżistibbli għal Irvin Vella u l-ajjutanti tiegħu …

Trid tkun taf aktar? Aqra hawn.

Pubblikatur: Merlin 2016

Prezz: €7.50

Unus Mundus

Il-Kotba tas-Serafin

Fil-Mergħat tal-Impossibbli

Fil-Mergħat tal-Impossibbli

Unus Mundus I

Steve Ebejer, is-Serafin, għandu don. Jista' jivvjaġġa fiż-żmien. Iżda ntilef, u qed jibża' li mhux se jirnexxielu jmur lura għall-ħajja ta' qabel.

Pubblikatur: Merlin 2013

Prezz: €13

Jien, Wieħed Minnhom

Jien, Wieħed Minnhom

Unus Mundus II

L-istorja ta' Steve Ebejer tkompli. Il-vjaġġi tiegħu fil-mergħat jissokktaw, u din id-darba, se jitkixxef verità li se taħsdu bil-kbir.

Pubblikatur: Merlin 2015

Prezz: €12

Il-Logħba tal-Allat

Triloġija

I - It-Tielet Qamar

It-Tielet Qamar

Dinja bħal tagħna. Imma differenti. Ġens bi ġrajja mhux tas-soltu. Dak li kien moħbi, jibda jinkixef. Tibda l-ġrajja ta' Xon, Marku u Riku …


Pubblikatur: Merlin 2008

Prezz: €12

III - Is-Sitt Aħwa

Is-Sitt Aħwa

Taħt il-kmand ta' Baàl, Sultan tad-Dlamijiet u alla tal-ħin, Ulied il-Lejl bdew jinġabru fuq id-dinjiet kollha sabiex iwieġbu għas-sejħa tal-imgħallem tagħhom.

Pubblikatur: Merlin 2012

Prezz: €12

X'jaħsbu l-qarrejja

Xi wħud mill-messaġġi li rċevejt mingħand qarrejja tal-kotba tiegħi

Ikkuntattjani

Għandek xi kurżitajiet dwar il-kotba tiegħi jew tixtieq tħalli xi kumment? Nieħu gost nisma' minn għandek...

john.a.bonello@gmail.com

jew

Ħallili messaġġ fuq Facebook

Bio

Ftit dwari u dwar kitbieti
Ritratt meħud minn Kenneth Borg

L-ewwel nett, grazzi li żortu dan is-sit. La wasaltu s'hawn x'aktarx tħobbu taqraw, u l-qari u l-kitba huma għal qalbi ħafna. Jien nikteb l-istejjer li nieħu gost nisma' u naqra.

L-aktar ġeneru li nħobb huwa dak tal-fantażija, għalkemm xi kultant nesperimenta u nipprova nimraħ f'mergħat oħra tal-letteratura wkoll.

Premjijiet

Dawn huma wħud mill-premjijiet li ġejt mogħti għall-kotba tiegħi:

  • L-ewwel kiteb li ppubblikajt kien It-Tielet Qamar, fl-2008, u fl-istess sena ġejt mogħti Ġieħ Ħad-DIngli għall-kontribut tiegħi fil-letteratura.
  • It-tieni ktieb, L-Aħħar Ħolma, kien ir-rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2011 fil-kategorija Proża għall-Adoloxxenti.
  • It-tielet ktieb tiegħi, Is-Sitt Aħwa, rebaħ l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2013 fil-kategorija Proża għall-Adoloxxenti.
  • Fil-Mergħat tal-Impossibbli kien wieħed mill-erba' finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija Rumanzi għall-Adulti.
  • Fl-2016 irbaħt il-premju Terramaxka fil-kategorija kotba għat-tfal bejn it-8 u 12-il sena bil-ktieb Il-Każ Manduca, l-ewwel ktieb fis-serje ta' kotba għat-tfal Irvin Vella, Investigatur Virtwali

Xogħolijiet oħra

Minbarra l-kotba, ktibt ukoll għadd ta' stejjer qosra li dehru f'diversi pubblikazzjonijiet. Dawn jinkludu:

  • The Transmissions - an online serial story published in 100 word episodes on medium.com. Set in a distant future, the story is told in the voice of a man everyone calls ‘Left’. Here's a review by Ramona Depares #thetransmissions
  • Is-Saħħara t'Għajn Tuffieħa - storja ppubblikata fil-ktieb Djamantini, proġett tal-Kulleġġ Santa Klara b'risq it-tfal ta' Rainbow Ward
  • Il-Ħabs tal-Mirja - storja dwar seħer, kliem b'ieħor u mħabba li dehret fil-ħarġa nru 35 ta' Leħen il-Malti, ir-rivista tal-Għaqda tal-Malti
  • Bint l-Irjieħ - storja li dehret fil-ħarġa nru 34 ta' Leħen il-Malti, ir-rivista tal-Għaqda tal-Malti
  • It-Tifla li Qalbet il-Muntanja Rasha 'l Isfel - storja għal tfal bejn 7 u 10 snin li ntgħażlet minn MeStories, għaqda żagħżugħa taħt il-kappa tal-Young Enterprise. L-għan ta' din l-għaqda kien li tippubblika għadd ta' stejjer bil-Malti fuq application li tistgħu ssibuha hawnhekk: https://itunes.apple.com/mt/app/mestories/id807062938?mt=8
  • Karozza bħal tagħha - storja li dehret fil-ħarġa nru 33 ta' Leħen il-Malti, ir-rivista tal-Għaqda tal-Malti
  • Vjaġġ ta' Darba - storja ta' fantaxjenza ppubblikata fi 3.MT, ktieb tal-kurrikulu skolastiku għall-Form 3
  • Sinna (14 ta' Ġunju 2014) u Buffura Kliem (11 t'Ottubru 2014) - 2 stejjer qosra li dehru fuq il-paġna FaceBook ta' Għidli Mitejn, inizjattiva ta' Ġorġ Mallia. L-eBook Għidli Mitejn jista' jitniżżel mingħajr ħlas minn din il-ħolqa: http://www.gorgmallia.com/200.htm
  • QUA - waħda mill-10 stejjer fil-ktieb Awguri Giovanni Bonello ippubblikat minn Merlin Publishers fl-2017. Din hija storja fantastika fuq żewġ karattri storiċi li ħallew marka fl-istorja ta' Malta, il-Saħħar Falzun u l-isqof Nikola Bonet.

www.000webhost.com